26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ April 2017 – FSL Holdings, Firma Léon Van Parys, Pacific Fruit Company Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-469/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana fil-Greċja, fl-Italja u fil-Portugall - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet - Ammissibbiltà tal-provi trażmessi minn awtoritajiet fiskali nazzjonali - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Klassifikazzjoni bħala “ftehim li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni”))

(2017/C 202/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FSL Holdings, Firma Léon Van Parys, Pacific Fruit Company Italy SpA (rappreżentanti: P. Vlaemminck u B. Van Vooren, advocaaten, C. Verdonck, avocate, J. Auwerx, advocaat, u B. Gielen, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u P. Rossi, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FSL Holdings NV, Firma Léon Van Parys NV u Pacific Fruit Company Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.