6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg
(Kawża C-465/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(4)(b) - Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika - Kunċett”))
(2017/C 374/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Duisburg
Dispożittiv
It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid ma huwiex “elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.