6.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin. – il-Ġermanja) – Schaefer Kalk GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-460/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Pjan ta’ monitoraġġ - Regolament (UE) Nru 601/2012 - Artikolu 49(1) u punt 10 tal-Anness IV - Kalkolu tal-emissjonijiet tal-installazzjoni - Tnaqqis tad-diossidu tal-karbonju (CO2) ittrasferit - Esklużjoni tas-CO2 użat fil-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat - Validità tal-esklużjoni))

(2017/C 070/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schaefer Kalk GmbH & Co. KG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tal-punt 10(B) tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, sa fejn jinkludu sistematikament fl-emissjonijiet tal-installazzjoni għall-kalċinazzjoni tal-ġir id-diossidu tal-karbonju (CO2) ittrasferit lejn installazzjoni oħra bl-għan tal-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat, kemm jekk dan id-diossidu tal-karbonju jiġix irrilaxxat jew le fl-atmosfera, huma invalidi.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.