14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 – Pensa Pharma, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S

(Kawża C-442/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali PENSA PHARMA - Trade mark figurattiva pensa - Talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-proprjetarji tat-trade marks verbali pentasa - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Proċedura quddiem l-EUIPO - Bidla tas-suġġett tat-tilwima - Motiv ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali))

(2016/C 419/28)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pensa Pharma, SA (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, u D. Slopek, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Pensa Pharma SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.