15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 – Stichting Woonlinie, Woningstichting Volksbelang, Stichting Woonstede vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN)

(Kawża C-414/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna eżistenti - Artikolu 108(1) TFUE - Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 17, 18 u 19 - Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti mas-suq intern - Proposta ta’ miżuri utli - Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Effetti legali))

(2017/C 151/08)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Woonlinie, Woningstichting Volksbelang, Stichting Woonstede (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink u P. Glazener, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u P.J. Loewenthal, aġenti), Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (rappreżentant: M. Meulenbelt, advocaat)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2015, Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni (T-202/10 RENV, mhux ippubblikat, EU:T:2015:287), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.