8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-7 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Trybunał Konstytucyjny w Warszawie – il-Polonja) – proċedura mibdija minn Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

(Kawża C-390/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Punt 6 tal-Anness III - Validità - Proċedura - Emenda ta’ proposta għal direttiva tal-Kunsill wara opinjoni mogħtija mill-Parlament - Assenza ta’ konsultazzjoni ġdida mal-Parlament - Artikolu 98(2) - Validità - Esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tal-VAT għall-provvista ta’ kotba diġitali b’mod elettroniku - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Komparabbiltà ta’ żewġ sitwazzjonijiet - Provvista ta’ kotba diġitali b’mod elettroniku u fuq kull tip ta’ mezz fiżiku))

(2017/C 144/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Trybunał Konstytucyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

Fil-preżenza ta’: Marszałek Sejmu Rzeczypospolitej Polskiej, Prokurator Generalny

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, jew tal-Artikolu 98(2) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 6 tal-Anness III tagħha.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.