6.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen vs Hauptzollamt Bielefeld

(Kawża C-365/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KEE) Nru 2913/92 (Kodiċi Doganali) - L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 241 - Obbligu ta’ Stat Membru li jipprevedi l-ħlas ta’ interessi moratorji saħansitra fl-assenza ta’ rikors quddiem il-qrati nazzjonali))

(2017/C 070/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen

Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

Dispożittiv

Meta dazji fuq l-importazzjoni, inklużi dazji antidumping, jiġu rrimborsati għar-raġuni li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ikun jeżisti obbligu għall-Istati Membri, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, li jħallsu l-interessi relattivi għalihom lill-individwi li għandhom dritt għar-rimbors, liema interessi jiddekorru mid-data tal-ħlas minn dawn l-individwi tad-dazji rrimborsati.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.