13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – ENEA S.A. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-329/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Obbligu għal kumpannija b’kapital azzjonarju tas-settur tal-enerġija, miżmuma fl-intier tagħha mill-Istat, li tixtri l-enerġija prodotta mill-koġenerazzjoni bil-produzzjoni tas-sħana))

(2017/C 382/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEA S.A.

Konvenuta: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq impriżi kemm privati kif ukoll pubbliċi obbligu ta’ xiri ta’ elettriku prodott mill-koġenerazzjoni bil-produzzjoni tas-sħana ma tikkostitwixxix intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2015.