16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV vs Orifarm A/S

(Kawża C-297/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95 KE - Artikolu 7(2) - Prodotti farmaċewtiċi - Importazzjoni parallela - Kompartimentalizzazzjoni tas-swieq - Neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Prodott farmaċewtiku mqiegħed fis-suq ta’ esportazzjoni u fis-suq ta’ importazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark bl-istess tipi ta’ ppakkjar))

(2017/C 014/12)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV

Konvenuta: Orifarm A/S

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn importatur parallel meta dan tal-aħħar ikun ippakkja mill-ġdid dan il-prodott mediċinali f’imballaġġ ġdid u fuqu waħħal it-trade mark, peress li, minn naħa, il-prodott mediċinali inkwistjoni jista’ jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, ta’ importazzjoni fl-istess ippakkjar bħal dak li dan il-prodott huwa kkummerċjalizzat fih fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ta’ esportazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-importatur ma weriex li l-prodott importat jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss f’parti limitata tas-suq tal-Istat ta’ importazzjoni, konstatazzjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.