|
16.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Medical Imaging Systems GmbH (MIS) vs Hauptzollamt München
(Kawża C-288/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Subintestatura 6211 3310 00 0 - Fradal - Kowt għall-protezzjoni mir-radjazzjoni))
(2016/C 296/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medical Imaging Systems GmbH (MIS)
Konvenut: Hauptzollamt München
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li fardal-kowt għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 6211 33 10 00 0 tal-imsemmija nomenklatura, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, fosthom, b’mod partikolari, id-dehra esterna tiegħu, mingħajr ma huwa neċessarju li jsir riferiment għall-elementi li jagħtu lill-prodott inkwistjoni n-natura essenzjali tiegħu.