|
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente Woerden vs Staatsecretaris van Financiën
(Kawża C-267/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Taxxa tal-input - Tnaqqis))
(2016/C 314/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeente Woerden
Konvenut: Staatsecretaris van Financiën
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ binja u biegħetha bi prezz inqas mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din tal-aħħar, l-imsemmija persuna taxxabbli għandha d-dritt għal tnaqqis tat-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ din il-binja u mhux biss għal tnaqqis parzjali ta’ din it-taxxa, bi proporzjon tal-partijiet tal-imsemmija binja li x-xerrej tagħha jalloka għal attivitajiet ekonomiċi. Il-fatt li dan ix-xerrej jittrasferixxi l-użu ta’ parti minn din il-binja mingħajr ħlas lil terz ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.