16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Gorka Salaberria Sorondo vs Academia Vasca de Policía y Emergencias

(Kawża C-258/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2) u Artikolu 4(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Limitazzjoni tar-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask għall-kandidati li ma laħqux l-età ta’ 35 sena - Kunċett ta’ “ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol [rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti]” - Għan imfittex - Proporzjonalità))

(2017/C 014/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gorka Salaberria Sorondo

Konvenuta: Academia Vasca de Policía y Emergencias

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-kandidati għall-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali ta’ korp tal-pulizija li jwettqu l-funzjonijiet operattivi jew eżekuttivi kollha imposti fuqu, ma għandhomx ikunu laħqu l-età ta’ 35 sena.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.