9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Lesoochranárske zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín

(Kawża C-243/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali - Artikolu 6(3) - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent - Artikoli 6 u 9 - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ - Sit protett ta’ Strážovské vrchy - Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni - Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Talba intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura - Ċaħda - Rimedju ġudizzjarju))

(2017/C 006/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lesoochranárske zoskupenie VLK

Konvenut: Obvodný úrad Trenčín

fil-preżenza ta’: Biely potok a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, sa fejn dan jistabbilixxi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, f’kundizzjonijiet li jiżguraw aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, drittijiet li għandha organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li ma tirrikonoxxix lil tali organizzazzjoni l-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett taħt id-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja definittiva dwar il-kwalità ta’ parti, u huwa awtomatikament miċħud fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li b’hekk jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015