8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Cluj vs Niculaie Aurel Bob-Dogi

(Kawża C-241/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 8(1)(c) - Obbligu li fil-mandat ta’ arrest Ewropew tiġi inkluża informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ “mandat ta’ arrest” - Assenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali preċedenti u distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew - Konsegwenza))

(2016/C 287/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Cluj

Konvenuta: Niculaie Aurel Bob-Dogi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1)(ċ tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “mandat ta’ arrest”, previst f’din id-dispożizzjoni, għandu jinftiehem bħala li jindika mandat ta’ arrest nazzjonali distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew.

2)

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta mandat ta’ arrest Ewropew, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ “mandat ta’ arrest”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma jinkludix indikazzjoni tal-eżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma għandhiex teżegwixxih, jekk, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, u f’dak ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li hija għandha, din l-awtorità tikkonstata li l-mandat ta’ arrest Ewropew ma huwiex validu peress li nħareġ mingħajr ma kien effettivament inħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali distint mill-mandat ta’ arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015