12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Sibiu – ir-Rumanija) – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

(Kawża C-205/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna r-rimbors ta’ taxxa mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Eżenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi minn ċerti spejjeż tal-qorti - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 335/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)

Konvenuti: Vasile Toma, Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

Dispożittiv

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżenta lill-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku mill-ħlas tat-taxxi tal-boll ġudizzjarji meta jippreżentaw oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tirrigwarda r-rimbors tat-taxxi mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u jeżentaw lil dawn mill-obbligu li jiddepożitaw garanzija mal-introduzzjoni tat-talba għas-sospensjoni ta' tali proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, filwaqt li t-talbiet ippreżentati minn persuni fiżiċi u ġuridiċi tad-dritt privat fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri jibqgħu, fil-prinċipju, suġġetti għal tali spejjeż ġudizzjarji.


(1)  ĠU C 245, 27.07.2015.