16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-199/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45 - Artikoli 49 u 56 TFUE - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali - Rettifika tal-irregolaritajiet))

(2017/C 014/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ciclat Soc. Coop.

Konvenuti: Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Fil-preżenza ta’: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), Team Service SCARL, bħala mandatarju ta’ ATI-Snam Lazio Sud Srl u Ati-Linda Srl, Consorzio Servizi Integrati

Dispożittiv

L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub ex officio mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ ex officio mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.