13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Connexxion Taxi Services BV vs Staat der Nederlanden, Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV

(Kawża C-171/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45(2) - Sitwazzjoni personali tal-applikant jew tal-offerent - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi eżami każ b’każ, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti - Direttiva 89/665/KEE - Stħarriġ ġudizzjarju))

(2017/C 046/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Connexxion Taxi Services BV

Konvenuti: Staat der Nederlanden, Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tobbliga lill-awtorità kontraenti teżamina, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk hemmx effettivament lok li kandidat jiġi eskluż minn kuntratt pubbliku inkwantu responsabbli għal kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 2 u tal-punt 17 tal-Anness VII A ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minn dan il-prinċipju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti tiddeċiedi li tagħti kuntratt pubbliku lil offerent responsabbli minn kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità minħabba li l-esklużjoni ta’ dan l-offerent mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kienet kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li, skont il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti ta’ dan il-kuntratt, offerent responsabbli minn kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità kellu neċessarjament jiġi eskluż mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura proporzjonata jew le ta’ din is-sanzjoni.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015.