20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n o1 de Granada, Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Francisco Gutiérrez Naranjo vs Cajasur Banco SAU (C-154/15), Ana María Palacios Martínez vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (BBVA) (C-307/15), Banco Popular Español SA vs Emilio Irles López, Teresa Torres Andreu (C-308/15)

(Kawżi magħquda C-154/15, C-307/15 u C-308/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Artikolu 4(2) - Artikolu 6(1) - Dikjarazzjoni ta’ nullità - Limitazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-effetti ratione temporis tad-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta))

(2017/C 053/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qrati tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil n o1 de Granada, Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francisco Gutiérrez Naranjo (C-154/15), Ana María Palacios Martínez (C-307/15), Banco Popular Español SA (C-308/15)

Konvenuti: Cajasur Banco SAU (C-154/15), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (BBVA) (C-307/15), Emilio Irles López, Teresa Torres Andreu (C-308/15)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tillimita ratione temporis l-effetti restitutorji marbuta mad-dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-karattru inġust, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, ta’ klawżola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur, biss għall-ammonti mħallsa indebitament skont tali klawżola wara l-għoti tad-deċiżjoni li kkonstatat ġudizzjarjament dan il-karattru inġust.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.

ĠU C 279, 24.8.2015.