25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – G.E. Security BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-143/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Intestaturi 8517, 8521, 8531 u 8543 - Merkanzija msejħa “videomultiplexer”))

(2016/C 145/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G.E. Security BV

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija bħal dik imsejħa “videomultiplexer”, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-punti fattwali kollha li din għandha, tiġi kklassifikata fl-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.