14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Breitsamer und Ulrich GmbH & Co. KG vs Landeshauptstadt München

(Kawża C-113/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/13/KE - Ittikkettjar u preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel - Artikolu 1(3)(b) - Kunċett ta’ “[prodotti tal-ikel] li diġà huma mballeġġati” - Artikolu 2 - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi - Punt 8 tal-Artikolu 3(1) - Post ta’ l-oriġini jew tal-provenjenza ta’ prodott - Artikolu 13(1) - Ittikkettjar ta’ [prodotti tal-ikel] ippakkjati minn qabel - Artikolu 13(4) - Imballaġġ jew reċipjenti li l-akbar wiċċ tiegħu għandu area ta’ anqas minn 10cm2 - Direttiva 2001/110/KE - Punt 4 tal-Artikolu 2 - Indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi ta’ oriġini tal-għasel - Porzjonijiet individwali tal-għasel issiġilati f’kaxxi tal-kartun multipli kkonsenjati lil mass caterers - Porzjonijiet individwali mibjugħa separatament jew offerti lill-konsumatur finali fil-kuntest tal- kompożizzjoni ta’ ikliet ippreparati mibjugħa għal prezz fiss - Indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi ta’ oriġini ta’ dan l-għasel)

(2016/C 419/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Breitsamer und Ulrich GmbH & Co. KG

Konvenut: Landeshauptstadt München

fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ [prodotti tal-ikel], għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “[prodotti tal-ikel] li diġà huma mballeġġati” kull waħda mill-porzjonijiet individwali tal-għasel ippreżentata taħt il-forma ta’ tazzi magħluqa minn għatu tal-aluminium issiġillat u li huma ppakkjati f’kaxxi tal-kartun multipli li jitwasslu lil mass caterers, meta dawn tal-aħħar jbiegħu dawn il-porzjonijiet separtament jew joffruhom lill-konsumatur finali fil-kuntest tal-kompożizzjoni ta’ ikliet ippreparati mibjugħa bi prezz fiss.


(1)  ĠU C 198, 15.06.2015.