31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH, Pilkington Italia SpA vs Il-Kummisjsoni Ewropea

(Kawża C-101/15 P) (1)

([Appell - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi - Ftehimiet ta’ qsim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Multi - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Punt 13 - Valur tal-bejgħ - Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) - Limitu legali tal-multa - Rata tal-kambju għall-kalkolu tal-limitu tal-multa - Ammont tal-multa - Ġurisdizzjoni sħiħa - Impriżi li jipproduċu prodott wieħed - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament])

(2016/C 402/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH, Pilkington Italia SpA (rappreżentanti: S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors u C. Puech Baron, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u H. Leupold, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.