14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Kawasaki Motors Europe NV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

(Kawża C-91/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Regolament (KE) Nru 1051/2009 - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 8701 - Trakters - Sotto-intestaturi 8701 90 11 sa 8701 90 39 - Trakters agrikulturali u trakters għax-xogħol fil-foresti, (ħlief trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi), bir-roti, ġodda - Vetturi għal kull art ħafifa, four-wheel drive intiżi biex jintużaw bħala trakters))

(2016/C 419/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kawasaki Motors Europe NV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa invalidu sa fejn juża l-klassifikazzjoni tal-vettura li hija hemm deskritta fis-sottointestatura 8701 90 90 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, u mhux f’dik tas-sottointestaturi 8701 90 11 sa 8701 90 39 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda li tikkorrispondi għas-saħħa tal-magna ta’ din il-vettura.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.