10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Hansen & Rosenthal KG, H&R Wax Company Vertrieb GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-90/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tax-xema’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xema’ ratba - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Prova tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Prinċipju ta’ legalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

(2017/C 112/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hansen & Rosenthal KG, H&R Wax Company Vertrieb GmbH (rappreżentanti: J. Schulte, M. Dallmann u K. Künstner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hansen & Rosenthal KG u H&R Wax Company Vertrieb GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.