18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – État belge, SPF Finances vs NN (L) International SA, li kienet ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA

(Kawża C-48/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-kapital - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 2, 4, 10 u 11 - Direttiva 85/611/KEE - Artikoli 10 u 293 KE - Taxxa annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv - Taxxa doppja - Sanzjoni applikabbli għall-impriżi ta’ investiment kollettiv irregolati taħt id-dritt barrani”)

(2016/C 260/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État belge, SPF Finances

Konvenuti: NN (L) International SA, li kienet ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2, 4 ,10 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi taxxa annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal din it-taxxa l-impriżi ta’ investiment kollettiv irregolati taħt id-dritt barrani li jqiegħdu unitajiet f’dan l-Istat Membru.

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/661/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) [IIKTT], jekk ikun il-każ moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tistabbilixxi taxxa annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal din it-taxxa l-impriżi ta’ investiment kollettiv irregolati taħt id-dritt barrani li jqiegħdu unitajiet f’dan l-Istat Membru, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tiġi applikata mingħajr diskriminazzjoni.

3)

L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi taxxa annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta din it-taxxa għall-impriżi ta’ investiment kollettiv irregolati taħt id-dritt barrani li jqiegħdu unitajiet f’dan l-Istat Membru.

4)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħat-tieni paragrafu tal-Artikolu 162 tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, kif emendat bil-Liġi-programm tat-22 ta’ Diċembru 2003, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi għal sanzjoni speċifika, jiġifieri l-projbizzjoni imposta minn qorti sabiex tqiegħed fil-futur unitajiet, fil-konfront ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv irregolati taħt id-dritt barrani fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza minnhom tal-obbligu li jagħmlu d-dikjarazzjoni annwali meħtieġa sabiex jirkupraw taxxa fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv jew in-nuqqas ta’ ħlas tagħha.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.