8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Pippo Pizzo vs CRGT Srl

(Kawża C-27/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti - Possibbiltà li jintużaw il-kapaċitajiet ta’ impriżi oħra sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa - Nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni mhux prevista b’mod espliċitu - Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni))

(2016/C 287/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pippo Pizzo

Konvenut: CRGT Srl

Fil-preżenza ta’: Autorità Portuale di Messina, Messina Sud Srl, Francesco Todaro, Myleco Sas,

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 47 u 48 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza operatur ekonomiku juża l-kapaċitajiet ta’ waħda jew iktar entitajiet terzi bil-għan li jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ sejħa għal offerti li dan l-operatur jissodisfa biss parzjalment.

2)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħala riżultat tan-nuqqas ta’ osservanza, minn naħa tiegħu, ta’ obbligu li ma jirriżultax espressament fid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura jew mil-liġi nazzjonali fis-seħħ, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-liġi u ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll mill-mili ta’ lakuni, minn naħa tal-awtoritajiet jew qrati amministrattivi nazzjonali, li jinsabu f’dawn id-dokumenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li operatur ekonomiku jingħata l-possibbiltà li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu u li jissodisfa l-imsemmi obbligu f’perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.