20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P)

(Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis - Amortizzazzjoni tal-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % minn impriżi fiskalment domiċiljati fi Spanja f’impriżi fiskalment domiċiljati barra minn dan l-Istat Membru - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività))

(2017/C 053/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España, SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: G. Hodge u E. Creedon, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister, u minn A. Goodman, barrister), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2014, Autogrill España vs Il-Kummissjoni (T-219/10, EU:T:2014:939), kif ukoll tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (T-399/11, EU:T:2014:938), huma annullati.

2)

Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.