29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas

(Kawża C-11/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikolu 2(1) - Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Kunċett - Xandir pubbliku - Finanzjament permezz ta’ tariffa legali obbligatorja))

(2016/C 314/04)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Odvolací finanční ředitelství

Konvenut: Český rozhlas

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ xandir pubbliku, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iffinanzjata minn tariffa legali obbligatorja mħallsa mill-persuni proprjetarji jew li jżommu riċevitur tar-radju u eżerċitata minn kumpannija tax-xandir maħluqa mil-liġi ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi “magħmula bi ħlas” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.