16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – DHL Express (Austria) GmbH vs Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

(Kawża C-2/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 9 - Servizzi postali fl-Unjoni Ewropea - Obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità regolatorja tas-settur postali - Portata))

(2017/C 014/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Austria) GmbH

Konvenuti: Post-Control-Kommission, Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie

Dispożittiv

Ir-raba’ inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri kollha tas-settur postali, inkluż fuq dawk li ma jipprovdux servizzi postali li jaqgħu taħt is-servizz universali, l-obbligu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-awtorità regolatorja responsabbli għal dan is-settur.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.