Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-18 ta ’ Mejju 2015 — Ackermann Saatzucht  et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T‑559/14)

“Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 511/2014 — Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi — Regolament relatat mal-miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom — Regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja — Esklużjoni (Artikolu 114 TFUE, Artikolu 192(1) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 511/2014) (ara l-punti 21-25)

2. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Kundizzjonijiet li għandhom natura kumulattiva — Inammissibbiltà ta’ rikors f’każ ta’ nuqqas ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 28)

3. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jimponi obbligi ta’ informazzjoni lill-utenti ta’ riżorsi ġenetiċi — Rikors ippreżentat minn persuni li jkabbru varjetajiet protetti, li jitolbu eżenzjoni minn kull obbligu ta’ informazzjoni skont regolament ieħor — Assenza ta’ kategorija ristretta ta’ operaturi ekonomiċi — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 511/2014, Artikolu 4(3)(b); Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 15) (ara l-punti 29-34, 37, 38)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, p. 59).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-European Seed Association (ESA).

3) 

Ackermann Saatzucht GmbH & Co. KG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.