DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)
11 ta’ Diċembru 2014
Ewelina Jelenkowska-Luca
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Appell ippreżentat f’lingwa differenti minn dik li fiha d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li hija s-suġġett tal-appell ġiet redatta — Appell manifestament inammissibbli”
Suġġett:
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2014, Jelenkowska-Luca vs Il‑Kummissjoni (F‑114/12, ĠabraSP, EU:F:2014:3), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Deċiżjoni:
L-appell huwa miċħud. E. Jelenkowska-Luca għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
Proċedura ġudizzjarja – Sistema lingwistika – Għażla tal-lingwa tal-kawża – Obbligu li tiġi osservata din l-għażla f’każ ta’ appell
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 35(2)(c) u 136(a))
Appell li ma ġiex ippreżentat fil-lingwa tal-kawża tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li hija s-suġġett tal-appell ma ġiex ippreżentat skont is-sistema lingwistika tal-Qorti Ġenerali u ma huwiex ammissibbli.
It-tali raġuni għall-inammissibbiltà ma tistax tiġi evitata permezz tat-talba għal deroga mis-sistema lingwistika mressqa wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-appell.
(ara l-punt 25)
Referenza:
Il‑Qorti tal-Ġustizzja: digriet tal-21 ta’ Mejju 2010, Petrides vs Il‑Kummissjoni, C‑64/98 P‑REV, EU:C:2010:279, punt 16