16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-843/14)

(2015/C 056/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja), u Gascogne (Saint-Paul-les-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbutin mal-osservanza ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenzi;

Konsegwentement,

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens xieraq u integrali għad-danni materjali u morali sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-sommom segwenti, flimkien mal-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, mid-data tal-preżentata tar-rikors:

EUR 1 1 93  467 bħala telf sostnut minħabba l-ħlas tal-interessi legali addizzjonali applikati għall-valur nominali tas-sanzjoni lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 1 87  571 bħala telf sostnut minħabba l-ħlasijiet addizzjonali tal-garanzija bankarja lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 2 0 00  000 bħala qliegħ mhux magħmul u/jew it-telf subit minħabba l-“pieni tal-inċertezza”, u

EUR 5 00  000 bħala dannu morali;

sussidjarjament, jekk ikollu jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu sostnut għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikoli 65(d), 66(1), u 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

f’kull każ, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, fuq il-ksur tad-dritt fundamentali tagħhom sabiex il-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.