23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Alnapharm vs UASI – Novertis (Alrexil)

(Kawża T-839/14)

(2015/C 065/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alnapharm (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Heldt, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novertis AG (Basel, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Alrexil” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 3 06  249

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1723/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.