27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/52


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Forbruger-Kontakt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-834/14)

(2015/C 138/69)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Forbruger-Kontakt A/S (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra eżenzjonijiet fiskali li jirrigwardaw ċertu reklamar (SA.35683);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-833/14, Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni.