9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/61


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 – Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung vs UASI (Cottonfeel)

(Kawża T-822/14)

(2015/C 046/79)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung GmbH (Gerolstein-Müllenborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Straub, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark inkwistjoni: Trade mark Komunitarja verbali “Cottonfeel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 9 35  236

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2579/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.