2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/45


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-808/14)

(2015/C 034/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qed jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27408 (C 24/2010) EX NN 37/2010, EX CP19/2009) mogħtija mill-awtoritajiet ta’ Castilla La Mancha għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla La Mancha.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-ineżistenza ta’ xi vantaġġ ekonomiku favur entitajiet li jeżerċitaw attività ekonomika, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ selettività tal-miżura u assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 106(2) u 107(3)(ċ) TFUE, peress li ma huwiex stabbilit li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl, tal-irregolaritajiet li seħħew matul l-investigazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.