2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Hassan vs Il-Kunsill

(Kawża T-790/14)

(2015/C 034/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Samir Hassan (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: L. Pettiti, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE):

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn hija tinkludi lil Samir Hassan fil-lista li tinsab fl-Anness tal-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn huwa jinkludi lil Samir Hassan fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

taqta’ u tiddeċiedi li l-effetti tal-atti annullati ser ikunu definittivi;

tikkumpensa, abbażi tal-Artikoli 268 u 340 TFUE, id-dannu kkawżat lil S. Hassan permezz tat-teħid ta’ tali miżuri restrittivi kontrih u, għal dan il-għan:

tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għad-dannu materjali mġarrab u futur u għad-dannu morali;

talloka lil S. Hassan s-somma ta’ EUR 2 50  000 fix-xahar, mill-1 ta’ Settembru 2011 sabiex jiġi kkumpensat d-dannu materjali mġarrab;

talloka lil S. Hassan s-somma ta’ EUR 1 simboliku għad-dannu morali mġarrab;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkumpensa d-dannu materjali futur;

f’kull każ, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest tal-Kunsill fl-evalwazzjoni tal-fatti u fuq żball ta’ liġi li minnu jirriżulta, billi l-Kunsill reġa’ niżżel isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li fil-konfront tagħhom japplikaw il-miżuri restrittivi abbażi ta’ motivi mhux stabbiliti b’mod suffiċjenti fid-dritt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza tar-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv dwar il-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-miżuri illegali meħuda kontrih mill-Kunsill.