|
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/54 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament
(Kawża T-769/14)
(2015/C 046/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CGI Luxembourg SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tagħżel li tpoġġi l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni post fil-lista tal-Lot 3 “Żvilupp u żamma ta’ sistema tal-informatika tal-produzzjoni” tas-sejħa miftuħa għall-offerti (is-“CfT”) Nru PE/ITEC/ITS14 “Provvista Esterna tas-servizzi tal-IT” u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonċedi l-ewwel kuntratt fil-forma ta’ kaskata lill-“Konsorzju tal-azzar”; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba t-telf tal-kuntratt; |
|
— |
alternattivament, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba t-telf tal-opportunità; u |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti sostnuti mir-rikorrenti b’rabta ta’ dan ir-rikors, anki f’każ li dan ir-rikors jiġi miċħud. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv jallega l-eżistenza ta’ żbalji fil-formula tal-evalwazzjoni, ta’ struzzjonijiet kontradittorji lill-offerenti, ta’ ksur tal-istruzzjonijiet lill-offerenti, ta’ ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ta’ ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba.
|
|
2. |
It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u 149 tar-Regolament Delegat – Il-formula użata ma twassalx għall-għoti tal-kuntratt lill-offerta li tipprovdi l-aħjar valur għall-prezz imħallas.
|
|
3. |
It-tielet motiv jallega n-natura vaga u ambigwa tal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – tad-dritt għal rimedju effettiv u ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali.
|
|
5. |
Il-ħames motiv jallega ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u tal-Artikolu 107(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.
|