9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/53


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 – Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe)

(Kawża T-766/14)

(2015/C 046/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heidelberger Druckmaschinen AG (Heidelberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “FoodSafe” – trade mark Komunitarja Nru 9 502 551

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2440/2013-4

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-14 ta’ Ottubru 2013 mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni bin-numru 6912 C u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 9 502 551;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.