22.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/27 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – PRIMA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-722/14)
(2014/C 462/40)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti:“PRIMA – Produzentska, reklamna, informazionna i mediyna agenziya” AD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: Yavor Sergeev Ruskov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Awwissu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda l-offera tar-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti pubblika PO/2013-13/SOF dwar il-provvista ta’ appoġġ lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Bulgarija fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti pubbliċi; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Awwissu 2014 li permezz tagħha l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ġiet attribwita lil parteċipant ieħor fil-proċedura, kif ukoll kull deċiżjoni sussegwenti li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt għat-twettiq tal-offerta, inkluża d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Settembru 2014; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ attribuzzjoni
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji li jirregolaw il-kuntratti pubbliċi
|