1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/39 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – IPSO vs BĊE
(Kawża T-713/14)
(2014/C 431/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-BĊE tat-30 ta’ Mejju 2014, ippubblikata fis-16 ta’ Lulju 2014, li tiffissa għal sentejn it-tul massimu ta’ ċerti kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju inkarigati b’funzjonijiet ta’ natura segretarjali u amministrattiva; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 15 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tar-rikorrenti kif stabbilit fl-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea u fid-Direttiva 2002/14 (1) u ppreċiżat u implementat permezz tal-ftehim qafas dwar ir-rikonoxximent, it-tqassim ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni u l-ftehim ad hoc ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-grupp ta’ ħidma dwar il-ħaddiema temporanji, konkluż bejn il-BĊE u l-IPSO, u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-imsemmija ftehimiet. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt ta’ aċċess għal informazzjoni, drittijiet proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fndamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003 [2002], li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea – Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219).