|
15.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 448/28 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-698/14)
(2014/C 448/37)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2431467 (2014), tal-11 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fir-raba’ post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 1; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2703722 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 2; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2711165 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tielet post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 3; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità li jiġu kklassifikati fl-ewwel post fl-ambitu tat-tlett lottijiet tal-kuntratt qafas, liema dannu huwa stmat għal tmien mitt elf Euro (EUR 8 00 000) għal-Lot Nru 1, għa erba’ mitt elf Euro (EUR 4 00 000) għal-Lot Nru 2 u għal mitejn elf Euro (EUR 2 00 000) għal-Lot Nru 3, flimkien mal-interessi mid-data tal-għoti tas-sentenza; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati, li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom fl-ambitu tal-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2013/029 – ESP DESIS III għal tliet proġetti separati (lottijiet), għandhom jiġu annullati, skont l-Artikolu 263 TFUE, minħabba ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għat-tliet raġunijiet li ġejjin:
|
1. |
Fl-ewwel lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li hija pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-offerta teknika tar-rikorrenti; |
|
2. |
Fit-tieni lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tar-Regolament finanzjarju, flimkien mar-Regolament ta’ implementazzjoni tiegħu, u tad-dokumenti għal sejħa għal offerti, fir-rigward tal-kwistjoni tal-offerti anormalment baxxi; |
|
3. |
Fit-tielet lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-kompetizzjoni libera, inkwantu l-Kummissjoni imponiet kundizzjonijiet vinkolanti għall-preżentazzjoni tal-offerti, mingħajr ma ppermettiet it-tfassil ħieles tal-istess offerti min-naħa tal-kandidati, sabiex tagħżel l-iktar offerta ekonomikament vantaġġjuża. |