|
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/55 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Puma vs UASI– Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal immaġinarju)
(Kawża T-692/14)
2014/C 409/76
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sinda Poland Corporation Sp. z o.o. (Warsaw, il-Polonja)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata fl-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2214/2013 5) abbażi tal-allegazzjoni li l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma ġiex applikat b’mod korrett, li wassal għall-konklużjoni skorretta li t-trade marks f’kunflitt ma kinux jixxiebhu viżwalment u kunċettwalment; |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil Sinda Poland Corporation Sp. z.o.o. għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Uffiċċju. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni tal-annimal immaġinarju għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 142 395
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet internazzjonali Nri 3 69 075 u 4 80 105 għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28, u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 5 93 987 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet kollha
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009