27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/19


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)

(Kawża T-647/14)

2014/C 380/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infusion Brands, Inc. (Myer Lake Circle Clearwater, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Lulju 2014, fil-Każ R 397/2014-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad, iswed u aħdar li fiha l-element verbali “DUALSAW” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 35 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 0 27  561

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.