13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/26


_Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2014 – Jaguar Land Rover vs UASI (Forma ta’ karozza)

(Kawża T-629/14)

2014/C 361/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Delord u R. Grewal, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ April 2014 fil-Każ R 1622/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ karozza għal prodotti fil-klassijiet 12, 14, u 28 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 411

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.