6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)

(Kawża T-621/14)

2014/C 351/33

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1312/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DINKOOL” għal prodotti fil-klassijiet 1 sa 3, 5 sa 7, 12, 16, 20 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 65  946

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nruo229 048 u sinjal mhux irreġistrat preċedenti fil-Ġermanja “DIN”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja