13.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/24 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION)
(Kawża T-609/14)
2014/C 361/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 123/2014-4; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 922 986
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni |