13.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
(Kawża T-605/14)
2014/C 361/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata; |
— |
konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).