20.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-602/14)

2014/C 372/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest ta’ Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.