13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/18


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awissu 2014 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-595/14)

2014/C 361/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Razan Othman (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.