|
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/21 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE)
(Kawża T-583/14)
2014/C 351/27
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Giand Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flamagas, SA (Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 2117/2011-4, li tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; |
|
— |
tirrinvija l-każ quddiem il-UASI sabiex id-deċiżjoni tiġi emendata fuq il-mertu u sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80 746 tiġi rreġistrata għall-prodotti kollha li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni, bla ħsara għal dawk li ma ġewx ikkontestati; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FLAMINAIRE” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80 746
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Flamagas, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali internazzjonali u t-trade mark verbali nazzjonali għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
|
— |
ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem; |
|
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-probbabbiltà ta’ konfużjoni; |
|
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-provi. |